The Internet Archive discovers and captures web pages through many different web crawls.
At any given time several distinct crawls are running, some for months, and some every day or longer.
View the web archive through the Wayback Machine.
Ħafna nies huma ta' l-opinjoni li flimkien ma' Platun, Aristotle huwa wieħed mill-iktar filosfi importanti fejn jidħol il-ħsieb tad-dinja tal-Punent. Jingħad li Aristotle kiteb madwar 150 ktieb.
Missier Aristotle, Nicomachus, kien it-tabib tar-re Amyntas tal-Maċedonja. Minn tmintax sa seba' u tletin sena, Aristotle għex Ateni, fejn kien ukoll wieħed mill-istudenti ta' Platun.
Il-filosfi l-kbar tal-Greċja antika kienu Aristotle, Platun, u Sokrate. Platun kien l-għalliem ta' Aristotle, u minn naħa tiegħu, Socrate għallem lil Platun. Dawn it-tliet ħassieba rnexxielhom isawwru l-filosofija tal-Punent kif nafuha llum, mill-filosofija Griega. Aristotle għallem lil Alessandru l-Kbir, li aktar 'il quddiem rebaħ il-Lvant Nofsani kollu.
L-ideat ta' Platun kienu primarjament li t-tagħrif li nieħdu mis-sensi huwa konfuż u mhux pur. L-għerf ġenwin jista' jittieħed biss mir-ruħ, wara li din titgħallem taħseb u jirnexxielha tiċħad id-dinja. Ir-ruħ biss jista' jkollha tagħrif dwar il-"Forom", jew aħjar, kif inhuma verament l-affarjiet. Id-dinja m'hija xejn aktar ħlief kopja ta' dawn il-"Forom" u għalhekk mhix perfetta.
Fuq dan l-aspett, Aristotle kien jaħsibha differenti. Huwa kien tal-fehma li l-għerf li nġibu mis-sensi huwa iktar importanti. Dawn il-ħsibijiet eventwalment saru l-bażi tal-metodu xjentifiku wara mijiet ta' snin. Parti kbira mill-kitbiet ta' Aristotle li għandna f'idejna illum il-ġurnata huma noti tad-diskorsi tiegħu. Xi xogħlijiet importanti tiegħu jinkludu Fiżika, Metafiżika, Etika, Politika, De Anima (Dwar ir-Ruħ), u Poetika.
Storja u influwenza tax-xogħol ta' Aristotle[editja]
Ftit li xejn nafu dwar x'sar mix-xogħolijiet ta' Aristotle wara li miet sa l-ewwel seklu qK. Hemm xi leġġendi li jgħidu li l-kollezzjoni sħiħa tal-kitbiet tiegħu tħalliet f'idejn Theophrastus, li kien is-suċċessur tiegħu. Jingħad li dan ta' l-aħħar ħeba x-xogħlijiet ta' Aristotle biex ma jħallix li dawn jinsterqu, jinsterqu jew inkella jiġu distrutti. Dawn kienu reġgħu nstabu fis-sena 70 qK.